Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2009 - Baena Grupo vs UASI - Neuman u Galdeano del Sel (Disinni)

(Kawża T-513/09)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: José Manuel Baena Grupo, SA (Santa Perpètua de Mogoda, Spanja) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Herbert Neuman u Andoni Galdeano del Sel (Tarifa, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

Tilqa r-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-14 ta' Ottubru 2009, fil-Każ R 1323/2008-3.

Tannulla d-deċiżjoni tal-UASI.

Tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Disinn Komunitarju rreġistrat Nru 000 426 895-0002 għal "ornamentazzjoni għal teeshirts, ornamentazzjoni għal brieret, ornamentazzjoni għal stikers, ornamentazzjoni għal materjal stampat, inkluż materjal pubbliċitarju".

Proprjetarju tad-disinn Komunitarju:Ir-rikorrenti.

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tad-disinn Komunitarju: Herbert Neuman u Adoni Galdeano Del Sel.

Trade mark, sinjal jew disinn tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade mark figurattiva Kommunitarja Nru 1.312.651, għal prodotti fil-klassijiet 25, 28 u 32 tal-Klassifikazzjoni ta' Nizza.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Invalidità tad-Dipartiment tad-Disinni: Rikors milqugħ u disinn iddikjarat invalidu.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell : Deċiżjoni kkontestata annullata u, abbażi tal-fakultà mogħtija lilu mill-Artikolu 60(1) tar-Regolament Nru 6/2002, dwar id-disinji Komunitarji, iddeċieda l-appell fuq il-mertu u ddikjara d-disinn Komunitarju invalidu.

Motivi invokati: Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 6/2002.

____________