Language of document : ECLI:EU:T:2016:54

(Kawża T‑171/13)

Benelli Q. J. Srl,

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja figurattiva MOTOBI B PESARO — Użu ġenwin mit-trade mark — Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Provi prodotti kontra t-talba għal revoka wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit — Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell — Dispożizzjoni kuntrarja — Ċirkustanzi li jipprekludu t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi ġodda jew supplimentari — Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 — It-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Frar 2016

1.      Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell – Eżami mill-ġdid taċ-ċirkustanzi ta’ fatt fid-dawl ta’ provi mhux ippreżentati minn qabel quddiem l-istanzi tal-Uffiċċju – Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65)

2.      Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Appell minn deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju – Eżami mill-Bord tal-Appell – Portata – Fatti u provi mhux ippreżentati insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu impost għal dan il-għan – Teħid inkunsiderazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell – Provi ġodda jew supplimentari

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, it-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1))

3.      Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 51(1)(a))

4.      Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Trade mark figurattiva MOTOBI B PESARO

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 51(1)(a))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 26)

2.      Ir-Regolament Nru 2686/95, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, jipprovdi espressament li waqt l-eżami ta’ appell minn deċiżjoni ta’ Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, il-Bord tal-Appell għandu setgħa diskrezzjonali li tirriżulta mit-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95 u mill-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja sabiex jiddeċiedi jekk hemmx lok li jieħu inkunsiderazzjoni provi addizzjonali jew supplimentari li ma ġewx prodotti fit-termini stabbiliti jew speċifikati mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

Il-verżjonijiet lingwistiċi differenti tat-tielet subparagrafu tal-imsemmi Regola 50(1) ma humiex totalment koerenti. Barra minn hekk, l-espressjoni “faits ou preuves nouveaux” (fatti u provi ġodda) meħuda fis-sens li, fil-kuntest tal-proċedura quddiem l-istanza inferjuri, ma kien ġie prodott l-ebda fatt jew l-ebda prova, la ġiet ikkomunikata u lanqas tidher f’ċerti verżjonijiet lingwistiċi ta’ din id-dispożizzjoni. F’dan ir-rigward, mill-verżjonijiet lingwistiċi differenti jirriżulta li l-provi ġodda fis-sens tal-verżjoni Franċiża għandhom jissupplimentaw provi oħra diġà prodotti, b’tali mod li, sabiex il-provi jkunu kkaratterizzati hekk (ġodda jew supplimentari), provi oħra għandhom ikunu ġew ippreżentati fi stadju iktar kmieni tal-proċeduri.

Din l-interpretazzjoni tapplika wkoll fir-rigward tas-setgħa diskrezzjonali li għandu l-Bord tal-Appell u li ma tistax tiġi estiża għal provi prodotti għall-ewwel darba quddiemu, filwaqt li ma kienet ġiet prodotta l-ebda prova quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni.

(ara l-punti 51-55)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 69-75)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 81-89,102)