Language of document : ECLI:EU:T:2012:550





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2012 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-491/09)

“FAEGG – Taqsima ‘Garanziji’ – Infiq eskluż mill-finanzjament – Primjums fis-settur tal-laħam tan-ngħaġ u tal-mogħoż – Kontrolli fuq il-post”

1.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums — Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post — Kontrolli mhux affidabbli — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà mill-Fond (Regolament tal-Kunsill Nru 3508/92; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2419/2001) (ara l-punti 19, 20, 72-75)

2.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova — Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1258/1999 u Nru 1290/2005) (ara l-punti 21-25, 89)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG — Obbligu osservat biss minħabba l-fatt li l-Istat Membru destinatarju kien involut mill-qrib fil-proċess ta’ elaborazzjoni tad-deċiżjoni (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punt 26)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Regolamenti — Regolament li jippreskrivi miżuri speċifiċi ta’ stħarriġ — Assenza ta’ setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Ġustifikazzjoni — Effikaċja aħjar ta’ sistema oħra ta’ stħarriġ — Inammissibbiltà (ara l-punti 37, 51)

5.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums — Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post — Obbligu impliċitu — Portata (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2419/2001, Artikolu 25(2)(c); Direttiva tal-Kunsill 92/102, Artikolu 4(1)(b)) (Ara l-punt 80)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/721/KE, tal-24 ta’ Settembru 2009, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (ĠU L 257, p.  28).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.