Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti - ir-Rumanija) – Berlin Chemie A. Menarini SRL vs Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Mijlocii Bucureşti - Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti

(Kawża C-333/20) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 44 – Post tal-provvista ta’ servizzi – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 – Artikolu 11(1) – Provvista ta’ servizzi – Post ta’ tassazzjoni – Kunċett ta’ “stabbiliment permanenti” – Kumpannija ta’ Stat Membru affiljata ma’ kumpannija li tinsab fi Stat Membru ieħor – Struttura adatta f’termini ta’ riżorsi umani u tekniċi – Kapaċità tal-istabbiliment permanenti li jirċievi u li juża s-servizzi għall-ħtiġijiet tiegħu stess – Provvista ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, regolatorji, ta’ reklamar u ta’ rappreżentazzjoni pprovduti, minn kumpannija affiljata, lill-kumpannija destinatarja)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Berlin Chemie A. Menarini SRL

Konvenut: Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Mijlocii Bucureşti - Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti

fil-preżenza ta’: Berlin Chemie AG

Dispożittiv

L-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008, u l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112, għandhom jiġu interpretati fis-sens li kumpannija li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru ma jkollhiex stabbiliment permanenti fi Stat Membru ieħor għar-raġuni li din il-kumpannija żżomm fih sussidjarja li tqiegħed għad-dispożizzjoni tagħha riżorsi umani u tekniċi bis-saħħa ta’ kuntratti li permezz tagħhom din is-sussidjarja tipprovdilha, b’mod esklużiv, servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, regolatorji, ta’ reklamar u ta’ rappreżentazzjoni li jista’ jkollhom effett dirett fuq il-volum tal-bejgħ tagħha.

____________

1     ĠU C 339, 12.10.2020.