Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Marzu 2015 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-65/13) 1

(Esklużjoni mill-proċedura tar-rappreżentant ta’ parti – Assenza ta’ ħatra ta’ rappreżentant ġdid – Rikorrent li waqaf iwieġeb għat-talbiet tat-Tribunal – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: A., avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett tal-kawża

It-talba għall-annullament taċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrent indirizzata lill-Kummissjoni intiża sabiex din tal-aħħar tagħtih is-somma ta’ EUR 10 000 minħabba l-allegat dannu li kien sofra minħabba li ntbagħtet ittra li informatu, b’mod partikolari, li l-Kummissjoni kkumpensat it-talbiet tiegħu ta’ rimbors tal-ispejjeż, li għalihom kienet ġiet ikkundannata l-Kummissjoni, permezz tas-somom li kellu jagħti lill-KummissjoniDispożittivMa għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors F-65/13, Marcuccio vs Il-Kummissjoni.L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.