Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2023 – Sp/f 62Nordic vs EUIPO – Nixon Bui (nykur)

(Kawża T-1062/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sp/f 62Nordic (Tórshavn, il-Gżejjer Faeroe) (rappreżentant: M. Hoffgaard Rasmussen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nixon Bui (Kopenħagen, id-Danimarka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “nykur” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 180 073

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 2136/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ r-rikors tagħha għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark kontenzjuża fit-totalità tiegħu.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________