Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2023 – e-dialog vs EUIPO – Dialoga Servicios Interactivos (Dialoga)

(Kawża T-1075/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: e-dialog GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: C. Kletzer u W. Mosing, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dialoga Servicios Interactivos, SA (Bilbao, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Dialoga” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 8 917 155

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 97/2023-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata bil-konsegwenza li l-EUIPO tirrevoka t-trade mark inkwistjoni;

tikkundanna lill-EUIPO u, fil-każ li tintervjeni, lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tar-rikorrenti sostnuti fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u fil-proċedimenti tal-appell quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625.

____________