Language of document : ECLI:EU:T:2015:490





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Lulju 2015 — Westermann Lernspielverlag vs UASI – Diset (bambinoLÜK)

(Kawża T‑333/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva bambinoLÜK — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti BAMBINO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 16, 17, 43)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks figurattivi bambinoLÜK u BAMBINO (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19, 38, 45-47)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Trade mark preċedenti kkostitwita minn trade mark Komunitarja — Rifjut tar-reġistrazzjoni fil-preżenza ta’ raġuni relattiva għal rifjut anki jekk limitata għall-parti mill-Unjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 1(2), 7(2), u 8(1)(b)) (ara l-punt 44)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Karattru distintiv żgħir tat-trade mark preċedenti — Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 51)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ April 2013 (Każ R 1323/2012 2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Diset, SA u Westermann Lernspielverlag GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Westermann Lernspielverlag GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.