Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Mejju 2007 - Euro-Information vs L-UASI

(Kawża T-178/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Européenne de traitement de l'Information SAS (Strasbourg, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe u J. Schoumann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tal-15 ta' Marzu 2007, kawża R 1249/2006-1, li tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja tagħha CYBERHOME Nru 4 114 666 għal parti mill-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 9, 36 u 38;

ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja CYBERHOME Nru 4 114 666 għall-prodotti u s-servizzi imsemmija.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "CYBERHOME" għal prodotti u servizi fil-klassijiet 9, 36 u 38 (applikazzjoni Nru 4 114 666)

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Ir-reġistrazzjoni ġiet miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ir-rikors ġie miċħud

Motivi invokati: Ir-rikorrenti tqis, kuntrarjament għal dak li kkonstata il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI fid-deċiżjoni kkontestata, li t-trade mark tagħha hija arbitrarja u għandha karattru distintiv biżżejjed kif mitlub mir-Regolament tal-Kunsill Nru 40/941 fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi msemmija.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).