Language of document : ECLI:EU:T:2008:407





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-26 ta’ Settembru 2008 – Ellinikos Niognomon vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-312/08 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Direttiva 94/57/KE – Regoli u standards komuni għall-organizzazzjonijiet inkarigati mill-ispezzjoni u l-perizja tal-bastimenti – Irtirar tar-rikonoxximent mogħti lil tali organizzazzjoni – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Inammissibbiltà”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 19, 20)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Interess tar-rikorrent li jikseb sospensjoni – Deċiżjoni amministrattiva negattiva – Nuqqas ta’ interess (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 25, 26)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Ordni lill-Kummissjoni sabiex testendi jew iġġedded ir-rikonoxximent ta’ organizzazzjoni li jawtorizzaha tispezzjona l-bastimenti u toħroġ ċertifikati ta’ sigurtà marittima f’isem l-Istati Membri – Miżura inkompatibbli mat-tqassim tal-kompetenzi bejn l-istituzzjonijiet – Ċaħda (Artikoli 233 KE u 243 KE; Direttiva tal-Kunsill 94/57) (ara l-punti 28, 29)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ ittra tal-Kummissjoni li rtirat ir-rikonoxximent mogħti lir-rikorrenti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/623/KE, tat-3 ta’ Awwissu 2005, dwar l-estensjoni tar-rikonoxximent limitat ta’ Hellenic Register of Shipping (Ellinikos Niognomon AE) (ĠU L 219, p. 43).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.