Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Ġunju 2010 - Skareby vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-42/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Carina Skareby (Leuven, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti illi hija kienet suġġetta għal u esperjenzat fastidju psikoloġiku fis-snin li hija għamlet fid-Delegazzjoni Reġjonali tal-Kummissjoni fi Kyrgyzstan.

Talbiet tar-rikorrenti

titlob lill-Kummissjoni tipproduċi r-rapport tal-IDOC, flimkien mal-provi;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2009 u, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________