Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – Itinerant Show Room vs EUIPO – Save the Duck (ITINERANT)

(Kawża T-417/21) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ITINERANT – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti li tirrappreżenta papra tkanta f’ċirku – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Xebh – Reputazzjoni – Rabta – Vantaġġ inġust – Assenza ta’ raġuni ġusta –Artikolu 95(2) tar-Regolament 2017/1001 – Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625 – Dokument prodott għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Itinerant Show Room Srl (San Giorgio in Bosco, l-Italja) (rappreżentant: E. Montelione, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Save the Duck SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentant: M. De Vietro, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Mejju 2021 (Każ R 1017/2020-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn l-intervenjenti u r-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Itinerant Show Room Srl hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Save the Duck SpA.

____________

1     ĠU C 357,  6.9.2021.