Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Mejju 2009 - Euro-Information vs UASI (CYBERCREDIT, CYBERGESTION, CYBERGUICHET, CYBERBOURSE u CYBERHOME)

(Kawżi magħquda T-211/06, T-213/06, T-245/06, T-155/07 u T-178/07)1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjonijiet għal trade marks Komunitarji verbali CYBERCREDIT, CYBERGESTION, CYBERGUICHET, CYBERBOURSE u CYBERHOME - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Nuqqas ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Européenne de traitement de l'information (Euro-Information) (Strasbourg, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe, J. Schouman, A. Jacquet u L. Paudrat, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta' Mejju (Każ R 0068/2006-1), tat-12 ta' Ġunju (Każ R 0066/2006-1), tal-5 ta' Lulju 2006 (Każ R 0067/2006-1), tat-28 ta' Frar (Każ R 1046/2006-1) u tal-15 ta' Marzu 2007 (Każ R 0067/2006-1), dwar ir-reġistrazzjoni tat-trade marks CYBERGESTION (Każ T 213/06), CYBERCREDIT (Każ T 211/06), CYBERGUICHET (Każ T 245/06), CYBERBOURSE (Każ T 155/07) u CYBERHOME (Każ T 178/07) bħala trade marks Komunitarji.

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħuda.

L-Européenne de traitement de l'information (Euro-Information) hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 249 tal-14.10.2006.