Rikors ippreżentat fl-14 ta' Marzu 2011 - Kassarate vs il-Kunsill
(Kawża T-144/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Tiapé Edouard Kassarate (Abidjan, il-Côte d'Ivoire) (rappreżentanti: G. Collard u L. Aliot, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tiddikjara li, għar-rikorrent, Tiapé Edouard KASSARATE, ir-Regolament tal-Kunsill UE Nru 25/2011, tal-14 ta' Jannar 2011 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2011/18/PESK, tal-14 ta' Jannar 2011, ippubblikati fil-15 ta' Jannar 2011 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma infondati fil-fatt,
konsegwentement,
tannulla r-Regolament tal-Kunsill UE Nru 25/2011, tal-14 ta' Jannar 2011, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 Jannar 2011;
sussidjarjament, tordna li l-isem ta' Tiapé Edouard KASSARATE jitneħħa mil-listi annessi mal-imsemmi regolament u l-imsemmija deċiżjoni.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali mressqa mir-rikorrent huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk imressqa fil-kuntest tal-kawża T-137/11, Guiai Bi Poin vs Il-Kunsill.
____________