Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Settembru 2012 - SFC Jardibric vs UASI - Aqua Center Europa (AQUA FLOW)

(Kawża T-417/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: SFC Jardibric (St Jean de la Ruelle, Franza) (rappreżentant: J.-L. Fourgoux, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aqua Center Europa, SA (Madrid, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-20 ta' Lulju 2012, fil-Każ R 2230/2010-4, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tas-16 ta' Settembru 2010;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità : Trade mark figurattiva bl-element verbali "AQUA FLOW" għal prodotti fil-klassijiet 6, 7, 9, 11, 17, 19 u 21 - trade mark Komunitarja Nru 1162064

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Aqua Center Europa, SA

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: Trade mark figurattiva nazzjonali bl-element verbali "VAQUA FLOW" għal prodotti fil-klassi 11

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: It-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità hija miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ir-rikors huwa miċħud

Motivi invokati:

Ksur tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni fir-rigward tal-prodotti;

Nuqqas ta' konfużjoni bejn is-sinjali.

____________