Language of document : ECLI:EU:T:2012:686





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012 — Versalis u Eni vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑103/08)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-Gomma Chloroprene — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju − Ksur uniku u kontinwu — Multi — Gravità u tul tal-ksur — Reċidiva — Effett dissważiv — Ċirkustanzi attenwanti — Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ — Kooperazzjoni — Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità”

1.                     Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha — Obbligi probatorji tal-kumpannija li tixtieq tikkonfuta din il-preżunzjoni (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punti 53-59, 61, 62, 67-70, 73-77, 269, 271, 276)

2.                     Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kriterju magħruf bħala “tal-kontinwità ekonomika” tal-impriża — Ksur imwettaq minn entità li ma waqfitx teżisti u li tkompla minn entità oħra li ssuċċedietha fl-attività ekonomika fis-suq ikkonċernat — Imputazzjoni tat-totalità tal-ksur lil din l-entità l-oħra — Ammissibbiltà (Artikolu 81 KE u 82 KE) (ara l-punti 89, 90, 93-98, 105)

3.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Motivi ta’ deċiżjoni — Esklużjoni (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 106, 111, 112)

4.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Kontenut neċessarju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Indikazzjoni tal-elementi prinċipali ta’ fatt u ta’ liġi li jistgħu jagħtu lok għal multa (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27) (ara l-punti 114, 273)

5.                     Akkordji — Prova — Grad ta’ preċiżjoni mitlub mill-provi meqjusa mill-Kummissjoni — Oneru tal-prova (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 147-157)

6.                     Akkordji — Projbizzjoni — Ksur — Ftehim u prattiki miftiehma li jistgħu jitqiesu li jikkostitwixxu ksur uniku — Imputazzjoni ta’ responsabbiltà lil impriża minħabba l-parteċipazzjoni fi ksur meqjus fl-intier tiegħu — Ammissibbiltà — Għan antikompetittiv — Konstatazzjoni suffiċjenti (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 209-211)

7.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 5 sa 7 u 19 sa 23) (ara l-punti 229-242)

8.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Dħul mill-bejgħ meħud inkunsiderazzjoni — Sena ta’ referenza — L-aħħar sena sħiħa tal-ksur (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 13) (ara l-punti 243-245)

9.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Natura dissważiva — Rekwiżit ġenerali li għandu jmexxi lill-Kummissjoni tul il-kalkolu kollu tal-multi — Stadju speċifiku ddestinat għal evalwazzjoni globali taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha mhux imperattiv (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 21 sa 30) (ara l-punti 246-250, 316, 317)

10.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi aggravanti — Reċidiva — Kunċett — Assenza ta’ terminu preskrittiv — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 28) (ara l-punti 263-268, 283-286)

11.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Ċirkustanzi attenwanti — Evalwazzjoni — Neċessità ta’ teħid inkunsiderazzjoni separat ta’ kull ċirkustanza — Assenza — Evalwazzjoni globali (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29) (ara l-punti 296-300, 306, 307)

12.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Natura dissważiva — Applikazzjoni ta’ koeffiċjent multiplikatur żbaljat — Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 30) (ara l-punti 318, 324-326)

13.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Tnaqqis tal-ammont tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Kundizzjonijiet — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 2002/C 45/03, punti 8, 20 u 21, u 2006/C 210/02, ir-raba’ inċiż tal-punt 29) (ara l-punti 335-338, 350-360, 364)

Suġġett

Prinċipalment, talba għal annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 5910 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2007, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38629 — Gomma Chloroprene), sa fejn din tikkonċerna r-rikorrenti, u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta in solidum fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

L’ammont tal-multa imposta in solidum lil Eni SpA u lil Versalis SpA, għall-ksur ikkonstatat fl-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 5910 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2007, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38629 — Gomma Chloroprene), hija ffissata għal EUR 106 200 000.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Eni u Versalis għandhom ibatu 80 % tal-ispejjeż tagħhom kif ukoll 80 % tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati 20 % tal-ispejjeż tagħha kif ukoll 20 % tal-ispejjeż ta’ Eni u ta’ Versalis.