Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Mejju 2010 - Kerelov vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-100/08 P)1

"Appell - Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Rifjut tad-Direttur tal-EPSO li jikkomunika lil kandidat l-informazzjoni u d-dokumenti relatati mat-test tad-dħul - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Georgi Kerelov (Pazardzhik, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Kerelov, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Appell mid-Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Diċembru 2007, Kerelov vs Il-Kummissjoni (F-110/07, mhux ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Georgi Kerelov għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea f'din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 69, 21.03.2009.