Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2014 – Heli-Flight vs EASA

(Kawża T-102/13) 1

(“Avjazzjoni ċivili – Talba għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ titjir għal ħelikopter tat-tip Robinson R66 – Deċiżjoni ta’ ċaħda mill-EASA – Rikors għal annullament – Portata tal-istħarriġ tal-Bord tal-Appell – Portata tal-istħarriġ tal-Qorti Ġenerali – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Heli-Flight GmbH & Co. KG (Reichelsheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Kittner, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA) (rappreżentanti: T. Masing u C. Eckart, avukati)

Suġġett

L-ewwel nett, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EASA tat-13 ta’ Jannar 2012 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ titjir għal ħelikopter tat-tip Robinson R66 (Nru tas-Serje 0034), it-tieni nett, talba sabiex jiġi kkonstatat in-nuqqas mill-EASA li tieħu azzjoni fir-rigward tat-trattament tat-talbiet tar-rikorrenti tal-11 ta’ Lulju 2011 u tal-10 ta’ Jannar 2012 dwar l-imsemmi ħelikopter u, it-tielet nett, talba sabiex l-EASA tikseb il-kumpens għad-dannu li r-rikorrenti tqis li ġarrbet minħabba din id-deċiżjoni ta’ ċaħda u dan l-allegat nuqqas li tittieħed azzjoni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Heli-Flight GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.