Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Awwissu 2010 - Panzeri vs UASI - Royal Trophy (Royal Veste e premia lo sport)

(Kawża T-348/10)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Panzeri (Monguzzo, l-Italja) (rappreżentant: C. Galli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Royal Trophy Srl (Cava de Tirreni, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-20 ta' Mejju 2010 u dik tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-30 ta' Ġunju 2009;

tiddikjara li l-oppożizzjoni tar-rikorrent kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 5 285 507 hija milqugħa u tiċħad l-applikazzjoni għal tali trade mark fir-rigward tal-prodotti tal-klassi 25 (Ħwejjeġ) u 28 (Oġġetti tal-ġinnastika u sport mhux inklużi fi klassijiet oħra) u/jew tadotta kull miżura oħra li hija tqis adatta;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ROYAL TROPHY S.r.l.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "ROYAL veste e premia lo sport" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 285 507), għal prodotti fil-klassijiet 25 u 28

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrent

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark verbali Komunitarja (Nru 1533504) u internazzjonali (Nru 5769068) "VESTE LO SPORT", għal prodotti fil-klassi 25, u trademark figurattiva "PANZERI veste lo sport" mhux irreġistrata iżda użata fil-prattiki kummerċjali, għal "ħwejjeġ, b'mod partikolari ħwejjeġ sportivi"

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, dwar it-trade mark Komunitarja

____________