Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Lulju 2011 - Timehouse vs UASI (Forma ta' arloġġ bit-truf ippizzjati)
"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali - Forma ta' arloġġ bit-truf ippizzjati - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Timehouse GmbH (Eystrup, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Knies, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta' Marzu 2010 (Każ R 0942/2009-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' sinjal tridimensjonali magħmul mill-forma ta' arloġġ bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Timehouse GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 209, 31.07.2010.