Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Marzu 2012 - Ebro Foods vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-234/10)
("Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta' għajnuna li tippermetti l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta' ishma barranin - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta' għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ebro Foods, SA, li kienet Ebro Puleva, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, M. Muñoz de Juan u R. Calvo Salinero, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE, tat-28 ta' Ottubru 2009, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta' ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 7, p. 48).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Ebro Foods, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 195, 17.07.2010.