Rikors ippreżentat fit-18 ta' Mejju 2010 - Ebro Puleva vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-234/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ebro Puleva, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, M. Muñoz de Juan u R. Calvo Salinero, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddikjara li l-Artikolu 12(5) tat-TRLIS (test ikkodifikat tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji), jinkludi elementi ta' għajnuna mill-Istat;
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddikjara li l-Artikolu 12(5) tat-TRLIS, meta japplika għal akkwist ta' ishma li jirriżulta fi ksib ta' kontroll, jinkludi elementi ta' għajnuna mill-Istat;
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkonċernata minn dan ir-rikors hija l-istess waħda bħal dik ikkontestata fil-Kawżi T-219/10, Autogrill España vs Il-Kummissjoni, T-221/10, Iberdrola vs Il Kummissjoni u T-225/10, Banco Bilbao Vizcaya Argentaria vs Il-Kummissjoni.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali jixbhu l-motivi u l-argumenti prinċipali invokati fil-kuntest tal-imsemmija kawżi.
____________