Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Marzu 2022 – FI vs Bayerische Motoren Werke AG

(Kawża C-192/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FI

Konvenut: Bayerische Motoren Werke AG

Domandi preliminari

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol 1 jew l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprekludu l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali, bħalma huwa l-Artikolu 7(3) tal-Bundesurlaubgesetz (il-Liġi Federali dwar il-Leave), li skontha d-dritt ta’ ħaddiem għal-leave annwali mħallas miksub fil-fażi tax-xogħol ta’ relazzjoni ta’ xogħol part-time fil-kuntest ta’ rtirar progressiv mix-xogħol li jkun għadu ma ġiex eżerċitat jintilef fil-fażi ta’ dispensa mix-xogħol fit-tmiem tas-sena ta’ riferiment tal-leave jew f’data sussegwenti?

Fil-każ ta’ risposta negattiva mill-Qorti tal-Ġustizzja għall-ewwel domanda:

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE jew l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jipprekludu l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali, bħalma huwa l-Artikolu 7(3) tal-Liġi Federali dwar il-Leave, li skontha d-dritt għal-leave annwali mħallas, li jkun għadu ma ġiex eżerċitat, ta’ ħaddiem li, matul is-sena ta’ riferiment tal-leave, jgħaddi mill-fażi tax-xogħol għall-fażi ta’ dispensa mix-xogħol ta’ relazzjoni ta’ xogħol part-time fil-kuntest ta’ rtirar progressiv mix-xogħol, jintilef fl-aħħar tas-sena ta’ riferiment jew f’data sussegwenti, meta l-persuna li timpjega – mingħajr ma tkun issodisfat minn qabel l-obbligi tagħha ta’ kooperazzjoni għar-realizzazzjoni tad-dritt għal leave – tkun tat lill-ħaddiem, konformement mat-talba tiegħu, il-leave annwali kollu għal perijodu li ppreċeda b’mod immedjat il-bidu tal-fażi ta’ dispensa mix-xogħol, iżda d-dritt għal-leave ma jkunx seta’ jiġi eżerċitat – tal-inqas parzjalment – minħabba inkapaċità għax-xogħol tal-ħaddiem ikkawżata minn marda wara l-għoti tal-leave?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.