Language of document : ECLI:EU:T:2015:305





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015 —
Nutrexpa vs UASI – Kraft Foods Italia Intellectual Property

(Cuétara Maria ORO)

(Kawża T‑218/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattivo Cuétara Maria ORO — Trade marks Komunitarja u nazzjonali figurattivi preċedenti ORO — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Talba li tinsab fir-rikors u intiża sabiex tiġi prodotta l-prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(4); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 65(2), u 76) (ara l-punti 22‑24)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 29, 30, 54)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks figurattivi Cuétara Maria ORO u ORO (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 53, 56 59)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Karattru distintiv żgħir tat-trade mark preċedenti — Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l‑punt 55)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Frar 2013 (Każ R 2455/2011‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kraft Foods Italia Intellectual Property Srl u Nutrexpa, SL.

Dispożittiv

1)

Il-kawża T-218/13 hija sseparata mill-kawża T‑271/13 għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Ir-rikors huwa miċħud.

3)

Nutrexpa, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.