Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Ottubru 2011 - Chestnut Medical Technologies vs UASI (PIPELINE)

(Kawża T-87/10) 1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PIPELINE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta' motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chestnut Medical Technologies, Inc. (Menlo Park, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: H.P. Kunz-Hallstein u R. Kunz-Hallstein, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta' Diċembru 2009 (Każ R 968/2009-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali PIPELINE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Chestnut Medical Technologies, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 100, 17.04.2010.