Language of document : ECLI:EU:T:2012:451





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Settembru 2012 – L‑Ungerija vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑89/10)

“Fondi strutturali – Għajnuna finanzjarja – Awtostrada M43 bejn Szeged u Makó – VAT – Nefqa mhux eliġibbli”

1.                     Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali – Interventi strutturali – Finanzjament mill-Unjoni – Infiq eliġibbli – Taxxa fuq il-valur miżjud li ma tistax tinġabar – Kunċett li għandu jiġi stabbilit skont ir-regolamenti speċifiċi għal kull fond u mhux skont id-dritt nazzjonali – Kunċett li jirreferi għall-possibbiltà tal-benefiċjarju tal-intervent li jnaqqas l-imsemmija taxxa (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikolu 56(4), u Nru 1084/2006, Artikolu 3(e)) (ara l-punti 36‑40, 50‑55)

2.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Testi plurilingwi – Interpretazzjoni uniformi – Diverġenza bejn il-verżjonijiet lingwistiċi – Sens ġenerali u skop tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni bħala bażi ta’ riferiment (ara l-punti 43, 44)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-14 ta’ Diċembru 2009, dwar il-proġett maġġuri intitolat “Awtostrada M43 bejn Szeged u Makó”, fil-kuntest tal-programm operattiv “Trasport” li jipprevedi għajnuna strutturali tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-objettiv “Konverġenza”, permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u tal-Fond ta’ Koeżjoni (CCI 2008HU161PR016).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.