Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2017 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-344/15) 1

[“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti sottomessi fil-kuntest tal-proċedura prevista mid-Direttiva 98/34/KE – Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru – Għoti ta’ aċċess – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċedimenti fil-qrati – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-iskop ta’ spezzjonijiet, investigazzjonijiet u verifiki – Kunsens minn qabel tal-Istat Membru”]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment F. Alabrune, G. De Bergues, D. Colas u F. Fize, sussegwentement D. Colas u B. Fodda, u fl-aħħar nett D. Colas, B. Fodda u E. de Moustier, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, T. Müller u J. Vláčil, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2015) 1681819, tal-21 ta’ April 2015, li tagħti liċ-ċittadin l-aċċess għad-dokumenti sottomessi mir-Repubblika Franċiża fil-kuntest tal-proċedura prevista mid-Direttiva 98/34/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 ĠU C 270, 17.8.2015.