Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Frar 2013 - Maharishi Foundation vs UASI (MÉDITATION TRANSCENDANTALE)

(Kawża T-426/11) 

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MÉDITATION TRANSCENDANTALE - Raġuni assoluta għal rifjut - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tirrinvija l-każ quddiem id-Diviżjoni tal-Eżaminazzjoni - Artikolu 65(4) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009 - Ammissibbiltà - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c), tar-Regolament Nru°207/2009 - Pubbliku rilevanti"]

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Maharishi Foundation Ltd (Saint-Helier, Jersey) (rappreżentant: A. Meijboom, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta' April 2011 (Każ R 1294/2010-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali MÉDITATION TRANSCENDANTALE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Maharishi Foundation Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 282, 24.09.2011.