Language of document : ECLI:EU:C:2017:259





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ April 2017 – Consalvo

(Kawża C582/16)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Domandi preliminari identiċi – Artikoli 49 u 56 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu provduti servizzi – Logħob tal-ażżard – Leġiżlazzjoni nazzjonali – Riorganizzazzjoni tas-sistema tal-konċessjonijiet permezz ta’ allineament temporali tal-iskadenzi – Sejħa għal offerti ġdida – Konċessjonijiet għal perijodu iqsar minn dak tal-konċessjonijiet l-antiki – Trasferiment bla ħlas tal-użu tal-oġġetti materjali u mhux materjali miżmuma b’titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-imħatri – Restrizzjoni – Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali – Proporzjonalità”

1.      Domandi preliminari – Domandi identiċi għal dawk diġà deċiżi mill-ġurisprudenza – Applikazzjoni tal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura

(Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 99)

(ara l-punti 7, 8)

2.      Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Restrizzjonijiet – Logħob tal-ażżard – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ sejħa għal offerti ġdida li tirrigwarda konċessjonijiet ta’ tul inqas minn dak tal-konċessjonijiet mogħtija preċedentement minħabba rioganizzazzjoni tas-sistema permezz ta’ allineament temporali tal-iskadenzi – Ammissibbiltà

(Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE)

(ara l-punt 11, dispożittiv 1)

3.      Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Libertà ta’ stabbiliment – Restrizzjonijiet – Logħob tal-ażżard – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-konċessjonarju li jittrasferixxi bla ħlas, fit-tmiem tal-attività minħabba l-iskadenza tal-perijodu tal-konċessjoni, l-użu tal-beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-imħatri – Inammissibbiltà – Ġustifikazzjoni – Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali – Proporzjonalità – Verifika mill-qorti nazzjonali

(Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE)

(ara l-punt 12, dispożittiv 2)

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-logħob tal-ażżard, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ sejħa għal offerti ġdida li tirrigwarda konċessjonijiet għal tul iqsar minn dak tal-konċessjonijiet mogħtija preċedentement minħabba riorganizzazzjoni tas-sistema permezz ta’ allineament temporali tal-iskadenzi tal-konċessjonijiet.

2)

L‑Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali restrittiva, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-konċessjonarju tal-logħob tal-ażżard li jittrasferixxi bla ħlas, fil-mument tat-terminazzjoni tal-attività dovuta għall-iskadenza tal-perijodu ta’ konċessjoni, l-użu ta’ oġġetti materjali u mhux materjali miżmuma b’titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-imħatri, sa fejn din ir-restrizzjoni tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb l-għan effettivament imfittex minn din id-dispożizzjoni, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.