Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Salerno (l-Italja) fis-16 ta’ Novembru 2016 – proċeduri kriminali kontra Alfonso Consalvo

(Kawża C-582/16)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Salerno

Parti fil-kawża prinċipali

Alfonso Consalvo

B’digriet tal-4 ta’ April 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ddeċidiet li:

L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-logħob tal-ażżard, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ sejħa għal offerti ġdida marbuta mal-għoti ta’ konċessjonijiet għal tul iqsar minn dak tal-konċessjonijiet mogħtija preċedentement minħabba riorganizzazzjoni tas-sistema permezz ta’ allineament temporali tal-iskadenzi tal-konċessjonijiet.

L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali restrittiva, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-konċessjonarju tal-logħob tal-ażżard li jittrasferixxi bla ħlas, fit-tmiem tal-attività minħabba l-iskadenza tat-tul tal-konċessjoni, l-użu tal-beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-imħatri, sa fejn din ir-restrizzjoni tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb l-għan effettivament imfittex minn din id-dispożizzjoni, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

____________