Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Diċembru 2012 - Kaatsu International vs UASI (KAATSU)

(Kawża T-567/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kaatsu International Co. Ltd (Morningside Drive, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Bord tal-Appell;

tordna li l-konvenut għandu jħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż sostnunti minnha fil-kuntest ta' dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "KAATSU" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10, 16, 28, 41 u 44 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 179 547

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/209.

____________