Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2012 - Golam vs UASI - Derby Cycle Werke (FOCUS extreme)

(Kawża T-568/12)

Lingwa tar-rikors: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Sofia Golam (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Trovas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Derby Cycle Werke GmbH (Cloppenburg, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa' dan ir-rikors sabiex tiġi annullata d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-16 ta' Ottubru 2012, fil-Każ R 2327/2011-4;

tiċħad l-oppożizzjoni tal-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell u tilqa' fl-intier tagħha t-talba mressqa mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell sabiex tħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż sostnuti f'din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Sofia Golam

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "FOCUS extreme" għal prodotti fil-klassijiet 5, 16 u 25 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8945487

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Derby Cycle Werke GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Ġermaniża "FOCUS" li ġiet irreġistrata taħt in-Nru 2062620, għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009.

____________