Language of document : ECLI:EU:T:2014:608

Kawża T‑565/12

National Iranian Tanker Company

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan ta’ prevenzjoni tal-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni — Aġġustament tal-effetti ratione temporis ta’ annullament”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) tat-3 ta’ Lulju 2014

1.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Deċiżjoni li tagħmel parti minn kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata li jippermettilha tifhem il-portata tal-miżura meħuda fir-rigward tagħha — Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja

(Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 945/2012)

2.      Rikors għal annullament — Motivi — Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Raġuni distinta minn dik li tirrigwarda l-legalità fil-mertu

(Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE)

3.      Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Miżuri adottati fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari — Portata tal-istħarriġ

(Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 945/2012)

4.      Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Aġir li jikkorrispondi għal appoġġ għal tali proliferazzjoni — Assenza

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 945/2012)

5.      Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Miżuri adottati fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari — Portata tal-istħarriġ — Evalwazzjoni tal-legalità skont informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

(Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 945/2012)

6.      Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-provi kontra ġodda — Portata

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 945/2012)

7.      Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Annullament parzjali ta’ regolament u ta’ deċiżjoni li jirrigwardaw l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran — Dħul fis-seħħ ta’ dan l-annullament mill-iskadenza tat-terminu tat-terminu għall-preżentata ta’ appell jew sakemm dan l-appell jiġi miċħud

(Artikoli 264 TFUE u 266 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 56 subparagrafu 1, u 60 subparagrafu 2; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 945/2012)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 35-39, 43, 45, 47)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 46)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 55-57)

4.      Id-Deċiżjoni 2012/635, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoi Nru 945/2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, jipprevedu bħala kriterju għall-inklużjoni fil-listi tal-persuni koperti minn dawn il-miżuri l-provvista ta’ appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran, u mhux il-provvista ta’ appoġġ finanzjarju indirett.

F’dan ir-rigward, huwa importanti li l-informazzjoni jew l-elementi prodotti jsostnu r-raġunijiet invokati kontra l-persuna kkonċernata. Fil-fatt, il-legalità tal-atti kkontestati tista’ tiġi evalwata biss abbażi tal-elementi ta’ fatt u ta’ liġi li abbażi tagħhom l-imsemmija atti ġew adottati. Is-sempliċi fatt li, bl-attività ta’ trasport tagħha, ir-rikorrenti hija involuta fis-settur taż-żejt u tal-gass Iranjan, li jirrappreżenta wieħed mis-sorsi ewlenin ta’ dħul tal-Gvern tal-Iran, ma jistax jitqies li huwa kopert mill-kriterju legali dwar il-provvista ta’ appoġġ finanzjarju lil dan il-gvern.

(ara l-punti 57, 58, 60)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 58, 62)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 62)

7.      Il-programm nukleari implementat mir-Repubblika Iżlamika tal-Iran huwa sors ta’ tħassib serju kemm fuq il-livell internazzjonali kif ukoll fuq il-livell Ewropew. Huwa f’dan il-kuntest li l-Kunsill kabbar gradwalment in-numru ta’ miżuri restrittivi adottati kontra dan l-Istat, sabiex jostakola l-iżvilupp ta’ attivitajiet li jqiegħdu f’perikolu l-paċi u s-sigurtà internazzjonali, fil-kuntest tal-implementazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà.

Għaldaqstant, l-aġġustament tal-effetti ratione temporis tal-annullament ta’ miżura restrittiva jista’ jiġi ġġustifikat bil-ħtieġa li tiġi żgurata l-effettività tal-miżuri restrittivi u, fl-aħħar mill-aħħar, b’kunsiderazzjonijiet imperattivi li jirrigwardaw is-sigurtà jew it-tmexxija tar-relazzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Fil-fatt, l-annullament b’effett immedjat tal-atti li jirrigwardaw iffriżar ta’ assi bl-għan ta’ prevenzjoni tal-proliferazzjoni nukleari jippermetti lir-rikorrenti tittrasferixxi l-assi kollha tagħha jew parti minnhom barra mill-Unjoni b’tali mod li jkun hemm il-probabbiltà li jsir preġudizzju serju u irreversibbli għall-effettività ta’ kull iffriżar ta’ assi li jista’, fil-ġejjieni, jiġi deċiż mill-Kunsill fir-rigward tar-rikorrenti.

(ara l-punti 74-77, u d-dispożittiv 3)