Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2015 – Ministry of Energy in Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-564/12)1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi adottati fil-konfront tal-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Żball ta’ evalwazzjoni – Ksur tad-drittijiet fundamentali – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ministry of Energy in Iran (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: M. Lester, avukat)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u A. de Elera, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16)DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ministry of Energy of Iran huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1  ĠU C 55, 23.2.2013.