Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 taʼ April 2013 - Typke vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-214/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Rainer Typke (Hasbergen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Cortese u A. Salerno, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-5 ta' Frar 2013 li tirrifjuta l-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrent għal aċċess għal dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001  - fil-Proċedura GESTDEM 2012/3258;

tannulla d-deċiżjoni negattiva impliċita tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta' Marzu 2013 dwar l-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrent għal aċċess għal dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 - fil-Proċedura GESTDEM 2012/0068;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, kif ukoll ta' dispożizzjonijiet oħra tal-imsemmi regolament, għaliex:

Is-suppożizzjoni tal-Kummissjoni li t-talba tar-rikorrent ma taqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, li timplika l-ħolqien ta' dokumenti ġodda minflok aċċess għal dawk eżistenti, ma hijiex fondata;

Is-suppożizzjoni tal-Kummissjoni li t-talbiet tar-rikorrent huma sproporzjonati, u għaldaqstant inammissibbli, anki jekk titqies il-possibbiltà li jingħata aċċess parzjali, ma hijiex fondata;

Is-suppożizzjoni tal-Kummissjoni li t-talbiet tar-rikorrent huma esklużi minħabba l-ħtieġa li ma tiġix żvelata data personali ta' terzi ma hijiex fondata; u

Is-suppożizzjoni tal-Kummissjoni li t-talbiet tar-rikorrent huma esklużi minħabba l-ħtieġa li tinżamm il-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-Bord tal-Għażla, u minħabba l-ħtieġa li jiġi protett il-proċess deċiżjonali tal-imsemmi Bord, ma hijiex fondata.

____________

1 - Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331)