Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta̕ April 2013 - Madaus vs UASI - Indena (ECHINAMID)

(Kawża T-212/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Madaus GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. Töbelmann u A. Späth, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Indena SpA (Milano, l-Italja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-24 ta' Jannar 2013 (Każ R 27/2012-1);

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti;

fil-każ li Indena S.p.A. tingħaqad fl-appell bħala parti intervenjenti, tikkundanna lill-parti intervenjenti għall-ispejjeż tagħha stess.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "ECHINAMID" għal prodotti fil-klassi 1 - applikazzjoni għal trade mark Komunitarju Nru 6 830 103

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Griega "ECHINACIN" għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppiżizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________