Rikors ippreżentat fit-12 ta̕ April 2013 - Olive Line International vs UASI (OLIVE LINE)
(Kawża T-209/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Olive Line International, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. Aznar Alonso, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-31 ta' Jannar 2013 fil-Każ R 1447/2012-1;
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata : it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta flixkun kwadru aħdar li tinkludi l-elementi verbali "OLIVE LINE"għal prodotti fil-klassi 29 - Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 088 753 li tindika lill-Komunità Ewropea
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
____________