Rikors ippreżentat fil-15 ta' April 2013 - Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI - Recticel (Lambda)
(Kawża T-215/13)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG (Gladbeck, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Recticel SA (Brussell, il-Belġju)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-Deċiżjoni tal-konvenut R 112/2012-5, u
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta l-ittra Griega lambda bil-kuluri aħmar u abjad - Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 960 789
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: revoka parzjali tat-trade mark Komunitarja
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
____________