Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 taʼ April 2013 – Square vs UASI – Caisse régionale de crédit agricole mutuel Pyrénées Gascogne (SQUARE)

(Kawża T-213/13)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Square, Inc. (San Francisco, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Caisse régionale de crédit agricole mutuel Pyrénées Gascogne (Serres-Castet, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għtall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Ttrade marks u Ddisinni) tal-31 ta’ Jannar 2013 fil-Każproċediment R 775/2012-1;

tikkundannai lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark SQUARE għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35 u 38 – Ttrade mark internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru W 1 032 395

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Caisse régionale de crédit agricole mutuel Pyrénées Gascogne

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark nazzjonali verbali SQUARE-énergie għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 31, 35, 36, 38, 41, 42 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009