Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2016 – Benelli Q. J. vs UASI (MOTO B)

(Kawża T-169/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MOTO B – Trade marks figurattivi nazzjonali preċedenti mhux irreġistrati preċedenti – Raġuni relattiva għal rifjut – Prova tar-reputazzjoni ta’ trade marks mhux irreġistrati preċedenti – Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi – Provi ppreżentati insostenn tal-oppożizzjoni wara l-iskadenza tat-terminu mogħti – Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell – Dispożizzjoni kuntrarja – Ċirkustanzi li jopponu t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi ġodda jew addizzjonali – Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 – Regoli 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 – It-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95 – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Benelli Q. J. Srl (Pesaro, l-Italja) (rappreżentanti: P. Lukácsi u B. Bozóki, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Mattina, sussegwentement minn P. Bullock, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Demharter GmbH (Dillingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Kohn, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Jannar 2013 (Każ R 95/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn J. Q. Benelli Srl u Demharter GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Benelli Q. J. Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 147, 25.5.2013.