Language of document :

Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2024 – Stratio Big Data vs EUIPO – Stra (stratio)

(Kawża T-49/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Stratio Big Data Inc. (Dover, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J.-B. Devaureix, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Stra SA (Coimbra, il-Portugal)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali stratio – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 223 045

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Novembru 2023 fil-Każ R 999/2022-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti, għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________