Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2024 – Devo vs EUIPO - Capgemini España (DEVO)

(Kawża T-35/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Devo Inc. (Cambridge, Massachusetts, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Fenech u S. Galea, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Capgemini España, SL (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża; ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade verbali tal-Unjoni Ewropea DEVO – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 880 864

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ottubru 2023 fil-Każ R 336/2023-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, tiċħad l-oppożizzjoni u tawtorizza l-applikazzjoni għal trade mark inkwistjoni tipproċedi għar-reġistrazzjoni;

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artijkolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________