Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (L-Isvezja) fit-23 ta’ April 2024 Polismyndigheten vs Konkurrensverket

(Kawża C-282/24, Polismyndigheten)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Polismyndigheten

Konvenut: Konkurrensverket

Domanda preliminari

Modifika tal-mudell ta’ remunerazzjoni fi ftehim qafas inizjalment mogħti abbażi tal-kriterju ta’ għoti tal-iktar prezz baxx offrut, fejn il-bilanċ bejn il-prezzijiet fissi u l-prezzijiet varjabbli jinbidel u l-livelli tal-prezzijiet huma aġġustati b’tali mod li l-valur totali tal-kuntratt ma jinbidilx b’iktar minn b’mod marġinali, tista’ twassal sabiex jiġi kkunsidrat li n-natura globali tal-ftehim qafas ġiet emendata fis-sens tal-Artikolu 72(2) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE? 1

____________

ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifiki fil-ĠU 2015, L 275, p. 68, u fil-ĠU L, 2023/90063.