Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2014 – Fialtor vs Il-Kummissjoni u BĊE

(Kawża T-294/13) 1

(“Rikors għal annullament u għad-danni – Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru – Memorandum ta’ qbil dwar il-politika ta’ kundizzjonalità ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-MES – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Rabta kawżali – Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fialtor Ltd (Belize City, il-Beliże) (rappreżentanti: C. Paschalides, solicitor, u A. Paschalides, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders u J.-P. Keppenne, aġenti); u Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, N. Lenihan u F. Athanasiou, aġenti, assistiti minn W. Bussian, W. Devroe u D. Arts, avukati)

Suġġett

L-ewwel nett, talba għall-annullament tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-Memorandum ta’ qbil dwar il-politika ta’ kundizzjonalità ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-mekkaniżmu ewropew ta’ stabbiltà (MES) fis-26 ta’ April 2013, u, it-tieni nett, talba għall-kumpens għad-dannu mġarrab mir-rikorrenti minħabba l-inklużjoni tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-memorandum ta’ qbil f’dan tal-aħħar u ksur tal-obbligu ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Fialtor Ltd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).