Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte di appello di Napoli (l-Italja) fis-26 ta’ Settembru 2023 – Proċeduri kriminali kontra EDS

(Kawża C-595/23, Cuprea 1 )

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte di appello di Napoli

Parti fil-proċeduri prinċipali

EDS

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet magħquda tal-artikoli li ġejjin:

l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (2002/584/ĠAI) 1 ;

l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 22, u l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea 1 ;

l-Artikoli 24, 25, 26, u l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE 1 ;

il-premessa 46 tar-Regolament Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018;

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

meta l-Istat ta’ eżekuzzjoni rrifjuta li jikkonsenja l-persuna, mitluba mill-Istat emittenti b’mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza kriminali ta’ kundanna, u rrikonoxxa s-sentenza u ordna l-eżekuzzjoni tal-piena fit-territorju tiegħu stess skont tiegħu il-liġi nazzjonali tiegħu, u l-eżekuzzjoni tkun bdiet, l-Istat emittenti huwa obbligat iħassar l-allert imdaħħal fis-SIS u li jirrevoka l-mandat ta’ arrest Ewropew?

sakemm l-Istat emittenti ma jkunx wettaq ir-revoka u l-kanċellazzjoni, l-awtorità ġudizzjarja tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha s-setgħa li titlob lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat emittenti sabiex jikkanċella l-allert mis-SIS, u tali Uffiċċju SIRENE huwa obbligat li jipprevedi dan?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34

1     ĠU 2008, L 327, p. 27.

1     ĠU 2018, L 312, p. 56.