Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Novembru 2014 – Vtesse Networks vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-362/10)1

“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna għall-installazzjoni ta’ netwerks ta’ broadband tal-aħħar ġenerazzjoni fir-reġjun ta’ Cornwall & Isles of Scilly – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Artikolu 107(3)(c) TFUE – Rikors għal annullament – Nuqqas ta’ effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva – Locus standi – Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati – Inammissibbiltà parzjali – Assenza ta’ dubji li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali”

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vtesse Networks Ltd (Hertford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: H. Mercer, QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u L. Armati, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment M. Szpunar u B. Majczyna, sussegwentement B. Majczyna, aġenti); ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment S. Behzadi-Spencer u L. Seeboruth, sussegwentement L. Seeboruth, J. Beeko u L. Christie, aġenti, assistiti inizjalment minn K. Bacon, sussegwentement minn S. Lee, barristers); u British Telecommunications plc (Londra, ir-Renju Unit); (rappreżentanti: inizjalment M. Nissen u J. Gutiérrez Gisbert, sussegwentement M. Nissen u G. van de Walle de Ghelcke u finalment G. van de Walle de Ghelcke, J. Rivas Andrés, avukati, u J. Holmes, barrister)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 3204, tat-12 ta’ Mejju 2010, li tiddikjara l-għajnuna mill-Istat “Cornwall & Isles of Scilly Next Generation Broadband”, li tipprevedi għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali bil-għan li tgħin l-installazzjoni ta’ netwerks ta’ broadband tal-aħħar ġenerazzjoni fir-reġjun ta’ Cornwall & Isles of Scilly, kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(c) TFUE (Għajnuna mill-Istat Nru 461/2009 – ir-Renju Unit).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Vtesse Networks Ltd għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż tagħha, kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea u ta’ British Telecommunications plc.Ir-Repubblika tal-Polonja kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-i

spejjeż

rispettivi tagħhom.