Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Marzu 2020 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Łodzi et du Sąd Okręgowy w Warszawie – il-Polonja) – Miasto Łowicz vs Skarb Państwa – Wojewoda Łódzki (C-558/18) u Prokurator Generalny, irrappreżentat mill-Prokuratura Krajowa, inizjalment mill-Prokuratura Okręgowa w Płocku vs VX, WW, XV (C-563/18)

(Kawżi magħquda C-558/18 u C-563/18) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE – Stat tad-dritt – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni – Prinċipju ta’ indipendenza tal-ġudikatura – Sistema dixxiplinari applikabbli għall-imħallfin nazzjonali – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Artikolu 267 TFUE – Ammissibbiltà – Interpretazzjoni neċessarja sabiex il-qorti tar-rinviju tkun tista’ tagħti s-sentenza tagħha – Kunċett)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qrati tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Łodzi, Sąd Okręgowy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

(Kawża C-558/18)

Rikorrent: Miasto Łowicz

Konvenut: Skarb Państwa – Wojewoda Łódzki

fil-preżenza ta’: Prokurator Generalny, irrappreżentat mill-Prokuratura Krajowa, inizjalment mill-Prokuratura Regionalna w Łodzi, Rzecznik Praw Obywatelskich

(Kawża C-563/18)

Rikorrent: Prokurator Generalny, irrappreżentat mill-Prokuratura Krajowa, inizjalment mill-Prokuratura Okręgowa w Płocku

Konvenuti: VX, WW, XV

Dispożittiv

It-talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Łodzi (il-Qorti Reġjonali ta’ Łódź, il-Polonja) u mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Qorti Reġjonali ta’ Varsavja, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjonijiet tal-31 ta’ Awwissu 2018 u tal-4 ta’ Settembru 2018, huma inammissibbli.

____________

1     ĠU C 44, 4.2.2019.