Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Lulju 2011 - Kulleġġ tar-rappreżentanti tal-persunal tal-BEI et. vs Bömcke

(Kawża T-213/11 P(I))1

"Appell - Servizz Pubbliku - Talba għal intervent quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Kalkolu tat-terminu - Tardività"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Kulleġġ tar-rappreżentanti tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment (Lussemburgu, il-Lussemburgu); Jean-Pierre Bodson (il-Lussemburgu); Evangelos Kourgias (Senningerberg, il-Lussemburgu); Manuel Sutil (Nondkeil, Franza); Patrick Vanhoudt (Gonderange, il-Lussemburgu); Marie-Christel Heger (il-Lussemburgu) (rappreżentanti: J. Wilson, A. Senes u B. Entringer, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Eberhard Bëmcke (Athus, il-Belġju) (rappreżentant: D. Lagasse, avukat)

Suġġett

Appell mid-Digriet tal-President tat-Tieni Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta' Marzu 2011, Bömcke vs BEI (F-95/10 INT, li ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-Appell huwa miċħud.

Il-Kulleġġ tar-rappreżentanti tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment, Jean-Pierre Bodson, Evangelos Kourgia, Manuel Sutil, Patrick Vanhoudt u Marie-Christel Heger għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 152, 21.05.2011.