Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Novembru 2012 - ADEDY et vs Il-Kunsill

(Kawża T-215/11) 

("Rikors għal annullament - Deċiżjoni indirizzata lil Stat Membru bl-għan li tirrimedja sitwazzjoni ta' żbilanċ eċċessiv - Nuqqas ta' interess dirett -Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Anotati Dioikisi Enoseon Dimosion Ypallilon (ADEDY) (Ateni, il-Greċja); Spyridon Papaspyros (Ateni); u Ilias Iliopoulos (Ateni) (rappreżentant: M.-M. Tsipra, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Maganza, M. Vitsentzatos u A. de Gregorio Merino, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, J.-P. Keppene u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/57, tal-20 ta' Diċembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/320/UE indirizzata lill-Greċja bil-ħsieb li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tagħti notifika lill-Greċja biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit meqjusa bħala meħtieġa biex tissewwa l-qagħda ta' żbilanċ eċċessiv (ĠU L 26, p. 15).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Anotati Dioikisi Enoseon Dimosion Ypallilon (ADEDY), Spyridon Papaspyros u Ilias Iliopoulos għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 186, 25.06.2011.