Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Mejju 2012 - UPS Europe u United Parcel Service Deutschland vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-344/10)
["Għajnuna mill-Istat - Nuqqas ta' deċiżjoni li tingħalaq il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Locus standi - Ammissibbiltà"]
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: UPS Europe NV/SA (Brussell, il-Belġju) u United Parcel Service Deutschland Inc. & Co. OHG (Neuss, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Ottervanger u E. Henny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u D. Grespan, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Deutsche Post AG (rappreżentanti: J. Sedemund, T. Lübbig u M. Klasse, avukati)
Suġġett
Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni intiż sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni, illegalment naqset milli tieħu deċiżjoni, f'terminu raġonevoli, fil-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE, li nbdiet fit-12 ta' Settembru 2007, fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi favur Deutsche Post AG [għajnuna C 36/07 (ex NN 25/07)].
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
UPS Europe NV/SA u United Parcel Service Deutschland Inc. & Co. OHG għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
Deutsche Post AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 288, 23.10.2010.